Lokali Parlament

Ir-realtà soċjali hi waħda diffiċli; hemm familji li qed ibatu u jlaħħqux

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li r-realtà soċjali hi waħda diffiċli; hemm familji li qed ibatu u jlaħħqux.

Fil-parlament Ivan Bartolo qal li l-PL kien wiegħed soċjetà li taħseb f’kulħadd iżda s-sitwazzjoni hi waħda ta’ sfida li f’xi mumenti ma jkunx indirizzat b’serjetà fejn 20% tal-pajjiż jinsab f’riskju ta’ faqar. It-total ta’ nies f’riskju ta’ faqar fl-2019 kien 82,758 li telgħet għal 90,000 sena wara.

F’dawn id-90,000 hemm l-anzjani, il-familji b’ġenitur wieħed u dawk bla xogħol huma l-aktar efettwati; dan qed iħalli effett negattiv fuq is-saħħa mentali u fuq il-familji Maltin. Wieħed minn kull tlieta jesperjenzaw sfida ta’ saħħa mentali u żdied ukoll l-iżolament. Minn stħarriġ li sar qabel il-COVID jirriżulta li 75,000 persuna stqarrew li m’għandhomx ma min jgħidu kelma, tnejn minn kull ħamsa għandhom problema ta’ solitudni, 44% huma konxji li jgħixu fis-solitudni, 70,000 iħossu vojt waqt li l-pensjonanti f’riskju ta’ faqar żdiedu minn 14.3% għal 27% sal-2018.

Fost il-pensjoni (33,000) jirċievu l-pensjoni tas-€600; wieħed minn kull erba’ anzjani jinsab fil-faqar. Fl-anzjani l-faqar qed jiżdied mhux jonqos fejn l-anzjani qed jonfqu ammont sostanzjali mill-pensjoni għall-ħajja u għalhekk ftit tqed jibqgħalhom flus biex ikomplu jgħixu.

Teżisti wkoll għall-problema tal-kirjiet li splodew fl-aħħar ftit snin wara żieda bla rażan fil-prezz tal-propjetà. Dan wassal biex anzjani qed jgħixu fil-garaxxijiet minħabba li l-kirjiet qed jgħolew.

Il-kera ftit tirrifiletti l-indiċi tal-prezzijiet li fuqu tinħadem l-għoli tal-ħajja; il-foqra huma iktar minn dawn li turi l-istatistika, sostna Ivan Bartolo, li kompla li hawn problema ta’ nies bla dar f’dan il-perjodu surreali. Dawn mhux identifikati minkejja s-sitwazzjoni diffiċli għaddejjin minnha.

M’hemmx pjan kif tkun indirizzata l-problema tal-faxxa t’isfel tas-soċjetà u l-prekarjat lanqas għadu jissemma’ kif kien fi żmien l-ex Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb li llum jibqa’ sieket.

F’erba’ snin il-kera żdiedet b’47% bil-konsegwenza li ġabet probemi kbar il-familji, sostna Ivan Bartolo, li semma’ l-eluf kbar ta’ familji li jieklu mill-organizzazzjonijiet volontarji li hawn jipprovdu l-food banks.

Dwar id-djar, Ivan Bartolo qal li hemm dubju dwar il-listi ta’ stennija li niżlu għal 2,400 meta qabel kien ikun hemm iktar minn 3,000. Mhux minnu li din hi l-inqas lista ta’ stennija għaliex kien fl-2009 meta kien hemm l-inqas numru ta’ persuni fil-lista ta’ stennija.

L-isfida tal-lifts fl-appartamenti hi importanti u prijorità kbira. Hu appella wkoll biex l-occupational therapy lit-tfal terġa’ issir b’mod prattiku u mhux virtwali minħabba li l-ġenituri qed jonfqu €600 fix-xahar biex imorru fis-settur privat;