“Meta nikkalkulha jien li 40% u 50% tal-każijet li jiġu għandna jiġuk b’sintomu ta’ uġigħ ta’ ras… meta titkellem magħhom tara li m’hemmx problema medika iżda problema ta’ familja u problema soċjali…”
Hekk stqarr t-Tabib George Grech waqt il-programm PROFILI li għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, fejn tkellem fost l-oħrajn dwar l-isfidi soċjali li ħafna Maltin qed isibu ma’ wiċċhom.
Meta rrefera għall-pandemija, stqarr li din qed tħalli riperkussjonijiet kbar, li qed inbatuhom issa u se nibgħatuhom anki fil-futur. Tkellem ukoll fuq il-problemi tal-mediċina, u li din qed togħla fil-prezz.
George Grech ma naqasx li jsemmi l-esperjenzi tiegħu mal-vittmi tad-droga.
Huwa wassal appell biex dawk kollha li huma vittmi tad-droga jfittxu l-għajuna, u ma jistħux jagħmlu dan…
Il-programm PROFILI jixxandar nhar ta’ Tnejn fid-8.45pm fuq NET Television. Il-mistieden li jmiss se jkun l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-PN Lawrence Gonzi.
//= $special ?>