F’Lulju li ġej, pajjiżna se jospità l-Wold Athletics Continental Tour wara li l-Wold Athletics aċċettat it-talba ta’ Atheltics Malta li torganizza dan l-avveniment. Dan l-avveniment se jkun jismu The Maltese Island Grand Prix 2021 u se jipprovdi rotta għall-kampjonati internazzjonali għall-aqwa atleti f’dan l-isport, destinazzjoni għad-dilettanti tal-atletika biex isegwu atletika tal-għola livell u ċeleberazzjoni tan-natura unika ta’ dan l-isport b’parteċipazzjni minn madwar id-dinja kollha.
Il-Continental Tour, li huwa meqjus it-tieni l-għola livell fl-atletika internazzjonali wara d-Diamond League, jipprovdi livell għoli ta’ kompetizzjoni flimkien ma’ premji ta’ natura finanzjarja provduti mill-federazzjoni internazzjonali. Il-parteċipazzjoni hi mistennija li tkun b’saħħitha hekk kif l-atleti jingħataw punti għall-klassifikazzjoni fil-World Ranking u l-opportunità li jikkwalifikaw f’avvenimenti kbar bħall-Kampjonati Dinjija u l-Olimpjadi.
Il-Grand Prix, li se jkun organizzat fl-Istadium Matthew Micallef St John fit-3 ta’ Lulju se jpoġġi lill-Malta fuq il-mappa sportive internazzjonali u jattira benefiċċji finanzjarji anke għal investiment fil-faċilitajiet tagħna, speċjalment fit-teknoloġija marbuta mal-isport. Se tkun ukoll esperjenza bla precedent għall-amministraturi, uffiċjali u atleti Maltin.L-organizzazzjoni ta’ dan l-isport tinkwadra perfettament fl-ambizzjoni ta’ Athletics Malta li ssaħħaħ it-turiżmu sportiv f’pajjiżna. It-tour mistenni li jattira lejn pajjiżna mal-400 persuna fosthom atleti, kowċis, amministraturi, uffiċjali u membri tal-istampa internazzjonali. Malta se tingħata wkoll viżibilità mill-aqwa grazzi għar-rappurtaġġ u x-xandira diretta permezz tal-Internet ta’ dan l-avveniment.
Il-President ta’ Athletics Malta Andy Grech laqa’ b’ferħ il-fatt li l-assoċjazzjoni attirat avveniment bħal dan: “Dan l-avveniment se jkun mument ta’ trasformazzjoni għall-isport Malti, mhux biss għall-atletika. Ftit xhur ilu nedejna l-viżjoni tagħna li niżviluppaw lill-pajjiżna bħala hub sportiv internazzjonali. Li wara ftit xhur biss irnexxilna nattiraw kompetizzjoni ta’ livell tant għoli huwa ta’ sodisfazzjon kbir. Fl-istess waqt, dan ipoġġi fuqna responsabbiltà kbira għaliex irridu norganizzaw avveniment tal-għola kwalità mhux biss minn ambitu sportiv iżda billi nkunu effettivi f’li nuru dak li Malta tista’ toffri, biex tassew inpoġġu lill-pajjiżna fost dawk in-nazzjonijiet rinomati għall-isport.”
//= $special ?>