Lokali Parlament

Prijorità għall-vaċċinazzjoni tal-COVID, is-saħħa sesswali, il-kura kontra l-kanċer u s-saħħa mentali

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-Gvern għandu jagħti prijorità lil erba’ setturi improtanti fis-settur tas-saħħa; il-vaċċinazzjoni tal-COVID 19, is-saħħa sesswali, il-kura kontra l-kanċer u s-saħħa mentali

Fil-parlament Stephen Spiteri qal li l-pajjiż għaddej mill-vaċċinazzjoni nazzjonali tal-COVID 19 bi strateġika f’diversi sezzjonijiet tal-pajjiż. Jidher li l-vaċċin hu għodda b’saħħitha kontra l-virus iżda żgur li mhux l-uniku soluzzjoni; għalhekk għandu jkompli jkun hemm ħarsien minħabba li l-każi attivi huma xorta kbar.

Il-pajjiż irid iħares lejn il-pressjoni żejda li qed tinħoloq fl-isptarijiet partikolarment mas-sitwazzjoni tal-front liners tal-pajjiż. Għalhekk l-infurzar f’ċertu parti mill-popolazzjoni jkun imsaħħaħ biex in-numri jitrażżnu; il-contact tracing falla. Il-programm nazzjonali tal-vaċċin kontra l-COVID irid isir b’loġostika biex ħadd ma jibqa’ lura, sostna d-deputat Nazzjonalista, li ppropona miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-programm tal-vaċċinazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li trid tintlaħaq l-immunità biex il-firxa tal-virus tonqos u jkun evitat il-varjant li jista’ jkun ta’ theddida għall-programm ta’ vaċċinazzjoni. Għalhekk il-porgramm għandu jsir b’mod effiċjenti u li jagħmel sens fosthom fost anzjani ta’ etajiet viċini; dan irid isir b’mod loġostiku.

Stephen Spiteri qal li għandu jkun evitat l-iffullar fil-postijiet fejn jittieħed il-vaċċin u kompla li għandu jkun evitat li persuni b’diffikultà ta’ trasport jintbgħatu f’postijiet ‘il bogħod biex jieħdu l-vaċċin. Il-proposta li t-tobba tal-familja u l-ispiżerija jintużaw biex l-immunità tintlaħaq malajr tibda immedjatment b’komunikazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-COVID qed tkun trattata b’serjetà fil-pajjiż u sostna li l-Gvern ma jsiatx jibqa jipproteġi lil Stewrad flok lill-poplu Malti quddiem is-sitwazzjoni tal-isptarijiet.

Hu qal li kienu San Luqa kien modernizzat m’hemmx l-iffullar li hemm Mater Dei u appella biex il-Gvern iwaqqa’ dan il-kuntratt. Anki l-Awditur Ġenerali iddikjara li dan mhux kuntratt ġust ta’ biljuni ta’ ewros; dawn il-flus jistgħu jintefqu fil-kura tal-kanċer.

Stephen Spiteri tkellem ukoll dwar l-importanza tas-saħħa mentali b’ambjent meħtieġ biex il-pazjenti jkollhom l-aqwa kura u servizzi. Dwar is-saħħa sesswali hu qal li din hi kwistjoni importanti ħafna li ftit tkun trattata; din hi sitwazzjoni reali u ta’ urġenza. Il-mard li jittieħed bis-sess qed jirreġistra żieda. Għalhekk jeħtieġ li l-pajjiż ikollu dipartiment fornut biex it-tobba jlaħħqu mad-domanda.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex jissaħħaħ l-investiment għall-pazjenti bil-kanċer u biex ikun esplorati possibbiltajiet ta’ ċentri fuq livelli internazzjonali li joffru tama għal dawn il-pazjenti.