Lokali

Propost torri ta’ 33 sular fid-daħla ta’ Paceville

PX Lettings issottemettiet il-pjan tagħha biex tiżviluppa torri ta’ 33 sular fid-daħla ta’ Paceville. Skont il-kumpanija li qed timbotta dan il-proġett, it-torri se jkun żviluppat fuq terz tal-art li tista’ tiġi żviluppata.

Il-pjan issa jinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

Dan l-iżvilupp ta’ PX Lettings, kumpanija ta’ Paul Xuereb, ġie disinjat minn 7478+ Christian Spiteri Architects fi sħubija ma’ entitajiet oħra Maltin u barranin.