Lokali

NIŻVELAW: Rosianne Cutajar f’laqgħa bil-magħluq f’Kastilja

Grupp ta’ attivisti mill-għaqda tas-Soċjeta Ċivili ‘Repubblika’ wettqu azzjoni ta’ protesta ghall-fatt li s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar għadha ma tridx twarrab mill-Grupp Parlamentari, filwaqt li l-Prim Ministru min-naħa tiegħu lanqas hu ma jrid jiehu azzjoni

Il-President ta’ Repubblika Robert Aquilina stqarr illi dak li sirna nafu dwar Rosianne Cutajar f’dawn l-aħħar ġimgħat u dak li ġara fil-Qorti Kriminali din il-ġimgħa huma intimament marbuta ma’ xulxin: swaba tal-istess qarnita.

Minkejja dak kollu li sirna nafu, Cutajar għadha Segretarua Parlamentari. Għadha fil-kariga għax hekk trid hi. Għadha fil-kariga għax hekk irid il-Prim Ministru Robert Abela.

Repubblika saqsiet lill-Prim Ministru għaliex iqis bħala aċċettabbli li Cutajar daħħlet eluf fi flus kontanti u ma ddikkjarathom qatt.

Stqasew ukoll kif jista’ jkun li Abela mhux jara l-kunflitt bejn ir-rwol pubbliku ta’ Cutajar u d-deals sigrieti li kienet qed tagħmel Cutajar mal-akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Intant, Net News jista’ jikkonferma illi matul il-jum saret laqgħa fil-magħluq bejn Robert Abela u Rosianne Cutajar. Il-laqgħa saret fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.