Futbol Sport

St. George’s ikomplu jittamaw b’rebħa oħra

Chris Cassar


ST. GEORGE’S …………. 1

SWIEQI U. ……………… 0

St.George’s: M. Bartolo, M. Caruana, J. Briffa, Y. Nomura, B. Gomes Dos Reis, W. Zamble, J. Sultana, R. Tanti, A. Hili, O. Magro, K. Abela

Swieqi U: J.C. Debattista, I. Micallef, M. Attard, J. Micallef, J. Willy, S. Ibrahim, A. Schembri Wismayer, C. Cutajar, F. Temile, J. Azzopardi, D. Borg

Referee: Philip Farrugia

St. George’s komplew jittamaw li jsalvaw posthom f’din il-kategorija meta kisbu rebħa minima iżda ferm importanti kontra Swieqi.Jekk għal St. George’s din ir-rebħa ttihom iktar tama li jistgħu isalvaw, mhux l-istess li jista’ jingħad għal Swieqi li b’din it-telfa issa sofrew tliet telfiet konsekuttivi u l-ambizzjonijiet tagħhom li tal-inqas jilagħbu l-palyoff, issa ħadu daqqa ta’ ħarta kważi definittiva.

Il-logħba kienet mill-iktar intensa bit-tim Bormliż juri determinazzjoni kbira, fejn l-eroj tagħhom spiċċa biex kien Leeroy Bonett li fit-12-il minuta li għamel fil-grawnd skorja dak li kellu jkun il-gowl rebbieħ. L-ewwel tentattiv kien minn  naħa ta’ St.George’s b’daqqa ta’ ras ta’ Jurgen Sultana salvata b’diffikulta minn Debattista. Risposta ta’ Swieqi b’azzjoni ta’ Willy li qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper iżda l-ballun kien salvat minn Caruana qabel dan seta’ qabeż il-linja.Ftit wara xutt ta’ Schembri Wismayer għadda ftit għoli. Il-logħba baqgħt ferm bilanċjata sakemm fit-33 minuta kienu St. George’s li marru fil-vantaġġ meta Leeroy Bonett, li kienu għadu kif daħal bħala sostitut, skorja b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ minn azzjoni ta’ freekick.Sfortunatament Leeroy Bonett weġġa’ ftit minuti wara ħabta mal-plejer ta’ Swieqi, biex dan il-plejer dam fil-grawnd 12-il minuta biss, b’Dayle Borg ukoll ikollu jinbidel.

Fil-bidu tat-tieni taqsima St. George’s kienu sfortunati meta xutt ta’ Jurgen Sultana ħabat mal-lasta. Fil-55 minuta risposta ta’ Swieqi meta xutt bid-dawra ta’ Jeremy Micallef kien salvat b’diffikulta minn Bartolo u erba’ minuti wara xutt ta’ Zammit għadda ftit barra.Iktar ma beda għaddej il-ħin iktar swieqi bdew iżidu l-isforzi tagħhom, iżda St. george’s bdew ikunu wkoll perikolużi bbil-kontrattakki tagħhom, fejn il-plejer Wilfried Zamble beda jkun ta’ wġiegħ ta’ ras għad-difesnuri ta’ Swieqi.

L-aħħar minuti kienu mill-iktar fejn Swieqi xeħtu kollox fl-attakk u d-difiża tas-saints għaddiet minn xi mumenti ta’ paniku iżda dejjem irnexxielhom il-vantaġġ prezzjuiż.Fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud bit-tim ta’ Swieqi kompletament żbilanċjat, Zamble rnexxielhu jirnbaħ dwell mal-goalkeeper Debattista li waqqa’ lill-attakkant Bormliż, bil-goalkeeper debattista jkun muri karta ħamra diretta, biex Swieqi spiċċaw il-logħba b’għaxar plejers.