Sport Sport Ieħor

Thomas Bach itenni li l-weightlifting jista’ jitneħħa mill-programm ta’ dixxiplini fl-Olimpijadi ta’ Pariġi fl-2024

Thomas Bach President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali tenna li l-weightlifting jista’ jitneħħa mill-programm ta’ dixxiplini fl-Olimpijadi ta’ Pariġi fl-2024. Jekk dan iseħħ il-ħtija tkun tal-Federazzjoni Internazzjonali li qed tkompli tinjora riformi li għandhom isiru fil-ġlieda kontra d-doping. Fis-snin li għaddew il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Weightlifting kienet mgħeżża minn każijiet pożittivi tad-doping u akkużi ta’ tixħim u korruzzjoni.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fix-xhur li għaddew kien hedded lil Federazzjoni Internazzjoni li l-weightlifting ser jitneħħa minn sport olimpiku. Thomas Bach tenna li s-sitwazzjoni attwali hija waħda gravi u t-tibdil u passi meħtieġa ġew injorati mill-Federazzjoni Internazzjonali. Huwa kompla li għalhekk l-Ezekuttiv tal-Kumitat Olimpiku ser ikollu jistudja jekk il-weightlifting jibqax jew le fl-Olimpijadi tal-2024 f’Parigi u fl-Olimpijadi ta’ wara. F’Ottubru li għadda l-Agenzija Dinjija kontra d-Doping (WADA) ħabbret li 18 il-weightlifter minn sitt pajjiżi kienu ppreżentaw kampjoni tal-urina imbgħabsa waqt testijiet tad-doping.