Futbol Sport

Tottenham l-ewwel tim li jikkwalifika għal mal-aħħar 16 tal-UEFA Europa League

(Ritratt: EPA)

Fl-unika partita li ntlagħbet illum mir-round tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League, fit-tieni leg, Tottenham għelbu lil Wolfsberger 4-0 biex b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 8-1. Tottenham kienu rebħu l-ewwel leg barra minn darhom 4-1.

It-tim imexxi minn Jose Mourinho fetaħ tajjeb u wara għaxar minuti mar fil-vantaġġ b’gowl minn DELE ALLI. Tottenham kellhom jistennew sal-50 minuta biex għamluhom 2-0 b’daqqa ta’ ras ta’ VINICIUS. GARETH BALE għamilhom 3-0 fit-73 minuta biex VINICIUS skorja t-tieni gowl personali u r-raba’ wieħed għal Tottenham fit-83 minuta.

Intant għada jintlagħbu l-kumplament tal-partiti fejn Manchester United għandhom vantaġġ ta’ erba’ gowls kontra Real Sociedad, Milan jinsabu fi draw ta’ 2-2 kontra Crvena Zvezda filwaqt li Arsenal ukoll jinsabu fi draw ta’ 1-1 kontra Benfica.

UEFA EUROPA LEAGUE

Illum: Tottenham v Wolfsberger 4-1 (8-1) Għada: Ajac v Lille 6.55pm, Arsenal v Benfica 6.55pm, Hoffenheim v Molde 6.55pm, Rangers v Royal Antwerp 6.55pm, Napoli v Granada 6.55pm, Shaktar Dontesk v Maccabi Tel Aviv 6.55pm, Villareal v Salzburg 6.55pm, Milan v Crvena Zvezda 9.00pm, Bayer Leverkusen v Young Boys 9.00pm, Club Brugge v Dunamo Kyiv 9.00pm, Dinamo Zagreb v Krasnodar 9.00pm, Leicester v Slavia Prague 9.00pm, Man Utd v Real Sociedad 9.00pm, PSV v Olympiacos 9.00pm, Roma v Braga 9.00pm