Futbol Sport

Diversi diretturi u persuna mill-istaff tekniku ta’ Inter pożittivi għall-coronavirus

Fi stqarrija it-tim Taljan ta’ Inter ħabbru li għandhom ħames każijiet ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-coronavirus. Fost dawn il-persuni hemm iż-żewġ diretturi maniġerjali Alessandro Antonello u Giusepper Marotta, id-direttur sportiv Piero Ausilio, l-avukat tal-klabb Angelo Capellini u membru tal-istaff tekniku.

Sadanittant, l-iskwadra u t-tim teknniku ta’ Inter bdew isegwu il-miżuri marbuta mal-coronavirus bil-plejers kolla u l-istaff jagħmlu swab tests immedjatament, fejn kollha irriżultaw negattivi. It-taħriġ mistenni jitkompla f’Pinetina bi preparazzjoni għal partita li jmisshom fis-Serie A kontra Genoa nhar il-Ħadd li ġej.