Sport Sport Ieħor

Francesca Curmi fil-kwarti finali tal-ITF Montasir fit-Tuneżija

Iż-żagħżugħa Maltija Francesca Curmi għaddiet għall-kwarti finali tal-ITF Montasir li qed isir fit-Tuneżija.

Curmi kisbet postha fil-kwarti finali wara wirja brillanti kontra Oana Gavrilă fejn għelbitha fi straight sets ta’ 6-1, 6-3. Iż-żagħżugħa Maltija issorprendiet lil ħafna hekk kif Gavrila tinsab fil-post numru 22 fir-rankings tal-ITF Singles filwaqt li Curmi tinsab fir-ranking 1062.

B’hekk iż-żagħżugħa ta’ tmintax-il sena se taffronta fil-kwarti finali lir-rebbieħa bejn Risa Ushijima vs Yasmine Mansouri.

Francesca Curmi diġa kisbet diversi suċċessi fuq livell internazzjonali hekk kif kienet l-ewwel Maltija li kkwalifikat għal main rawnd tar-Rolan Garros Juniors filwaqt li ħadet sehem ukoll fil-Wimbeldeon Juniors.