Il-Gvern Franċiż bagħat ir-reinforzi tal-pulizija lejn żewġ subborgi ta’ Pariġi bil-għan li huma jwaqqfu ċiklu ta’ vjolenza allarmanti. Dan wara li żewġ adolexxenti ta’ 14-il sena tilfu ħajjithom waqt sensiela ta’ ġlied bejn il-gangs taż-żgħażagħ lokali.
Il-qtil seħħ waqt żewġ każi separati, 24 siegħa ‘il bogħod minn xulxin, fiz-zona ta’ Essonne, fin-nofsinar ta’ Pariġi. Fl-ewwel każ, tfajla ta’ 14-il sena mietet minn daqqiet ta’ sikkina f’żaqqha waqt ġlieda bejn żgħażagħ quddiem skola fil-belt ta’ Saint-Cheron. Talanqas sitt minorenni, bejn it-13- s-16-il sena spiċċaw arrestati b’konnessjoni ma’ mewtha.
It-tieni ‘omiċidju’ seħħ fil-belt ta’ Boussy-Saint-Antoine,fejn ġuvni ta’ 14-il sena wkoll inqatel b’daqqiet ta’ sikkina. Tifel ieħor ta’ 13-il sena spiċċa midrub serjament minn strument tal-ponta waqt konfront vjolenti bejn xi 30 adolexxenti identifikati bħala membri ta’ gangs rivali.
//= $special ?>