Raġel mill-Munxar kellu jittieħed b’urġenza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li waqa’ minn fuq sellum.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-13.00 meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma ta’ 61 sena għal xi raġuni waqa’ waqt li kienet qiegħed f’razzett li jinsab fi Triq il-Merkanti, f’Għajnsielem.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>