Lokali

Id-Dar tal-Providenza tibki lil Christine Said ta’ 30 sena – l-iżgħar vittma tal-pandemija f’pajjiżna

Christine Said, residenta tad-Dar tal-Providenza hija l-iżgħar vittma tal-pandemija f’pajjiżna. Hi kellha biss 30 sena.

Said mietet ilbieraħ u l-funeral tagħha ser isir illum il-Ħamis fil-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi fis-2.00pm.

It-tfajla instabet pożittiva nhar it-18 ta’ Frar f’testijiet ta’ rutina li tagħmel id-Dar tal-Providenza. Hi ttieħdet minnufih l-isptar St. Thomas, bħalma jiġri skont il-protokolli tad-Dar tal-Providenza.

Intant, ir-residenti u l-ħaddiema li kienu f’kuntatt magħha tpoġġew fi kwarantina preventiva.

Il-proċess ta’ tilqim tal-ewwel doża tal-vaċċin beda nhar it-Tnejn 15 ta’ Frar 2021, kemm għar-residenti kif ukoll għall-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza.