Lokali

Il-preżentatur u ġurnalist Keith Demicoli jirriżenja mill-PBS

Telfa oħra għall-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS wara li lbieraħ il-ġurnalist Keith Demicoli preżenta l-ittra tar-riżenja tiegħu. Net News jista’ jikkonferma li l-ittra ġiet preżentata lill-Bord tad-Diretturi tal-PBS.

Demicoli kien ilu mill-2008 fix-Xandir Nazzjonali u kien parti minn uħud mill-aqwa produzzjonijiet li twasslu mill-PBS fl-aħħar snin; magħruf bħala isem li jirrapreżenta professjonalità kbira, u rispettat immens minn dawk kollha li ħadmu miegħu.

Jidher li din ir-riżenja se tkun qed tiftaħ tieqa għal reklutaġġ ġdid fil-Kamra tal-Aħbarijiet tal-PBS.