Futbol Sport

Imut Jose Becker, missier il-gowlkiper ta’ Liverpool Alisson Becker

Aktar kmieni illum tħabbret il-mewt ta’ missier il-gowlkiper Brażiljan ta’ Liverpool Alisson Becker.

Jose Becker li kellu 57 sena, kien qed jgħum viċin ir-residenza tas-sajf tiegħu fil-villaġġ ta’ Rincao, meta għal xi raġuni sab diffikulta u spiċċa biex għereq. Sadanittant, il-klabb Brażiljan Internacional, li miegħu kienu jilgħabu l-aħwa Alisson u Muriel Becker, f’post fuq il-midja soċjali wrew id-dispjaċir tagħhom mal-aħwa għat-telfa ta’ missierhom filwaqt li offrew il-kondoljanzi u s-solidarjeta’ tagħhom lill-familja Becker kollha.

Ma’ dawn inagħqdu wkoll bosta partitarji ta’ Liverpool kif ukoll dawk tal-Brażil, fejn offrew kliem ta’ inkoraġġiment u ta’ sogħba lil gowlkiper Brażiljan Alisson Becker wara t-telfa ta’ missieru.