Lokali Qorti

Kumpens għal Silvio Zammit fuq aġir skorett tal-Avukat Ġenerali

Wara li f’Ottubru li għadda l-Qorti Kostituzzjonali ordnat li tingħalaq il-kumpilazzjoni tal-evidenza kontra Silvio Zammit, li kien assistent tal-eks Kummissarju Ewropew John Dalli, wara li kkonkludiet li d-drittijiet tal-akkużat ġew miksura bil-mod kif tmexxa l-proċess, il-Qorti ordnat li jingħata kumpens.

Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul taw raġun lil Zammit u ordnaw lill-Avukat Ġenerali biex jagħtih €2,000 f’kumpens għa dewmien fil-proċess. Dan il-każ wassal biex il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Barroso keċċa lil Dalli mill-kariga minkejja li dan baqa’ jiċħad li kien involut.

Dak li kien Vici-Sindku ta’ tas-Sliema u kanvasser tal-eks-Ministru Nazzjonalista John Dalli, l-Qorti ordnat li jingħata kumpens wara li l-Prosekuzzjoni għadha m’għalqitx il-provi tagħha f’każ kontrih.

Silvio Zammit kien tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati mixli li meta kien jaħdem ma’ Dalli fil-perjodu li dan kien Kummissarju Ewropew għas-Saħħa ipprova jieħu flus mingħand kumpanija tat-tabakk Żvediża biex jinfluwenza tibdil fil-liġi sabiex prodott tagħha ma jibqax illegali fl-UE.

Il-każ tal-Prosekuzzjoni huwa mibni kawżi kollu fuq ċertu Inge Delfosse, Segretarju Ġenerali tal-European Smokeless Tobacco Council, li tiġġieled kontra l-projbizzjoni Ewropea fuq prodotti bħal snus.

Delfosse, li għadha tokkupa l-istess kariga sal-lum, għażlet li ma tixhidx biex ma tinkriminax ruħha Allegatament il-Pulizija irrekordjata telefonata li kellha bl-Avukat Ġenerali jitlob li jittieħed kampjun ta’ leħen Zammit biex isir paragun mar-‘recording’ li għamlet.

Delfosse ma ġietx Malta biex tixhed għax beżgħet li tinkrimina ruħha u kien għalhekk li l-prosekuzzjoni baqgħet m’għalqitx il-provi tagħha għax qed tittama li tiġi.

Minn naħa tiegħu Zammit, baqa’ jirrifjuta li jagħti kampjun ta’ leħnu għax qal li dan jikser id-dritt tas-silenzju. Huwa fetaħ kawża fil-Qorti Kostituzzjonali kontra l-Avukat Ġenerali fejn ilmenta minn dan id-dewmien u talab kumpens.