Internazzjonali

Kundanna għal ‘attentat ta’ kolp ta’ stat militari’ fl-Armenja

epa06882549 Armenia's Prime Minister Nikol Pashinyan arrives for the second day of a NATO summit in Brussels, Belgium, 12 July 2018. NATO countries' heads of states and governments gather in Brussels for a two-day meeting. EPA-EFE/TATYANA ZENKOVICH / POOL

Il-Prim Ministru tal-Armenja, Nikol Pashinyan, wissa dwar ‘attentant ta’ kolp ta’ stat militari’ f’pajjiżu, wara li l-qawwiet armati Armeni insistew li Pashinyan u l-Kabinett tiegħu għandhom jirriżenjaw ‘minnufih’.

Pashinyan  ikkundanna l-aġir tal-qawwiet nazzjonali u fl-aħħar sigħat ħareġ jimxi, flimkien ma’ folla ta’ sostenituri, fil-kapitali Yerevan, bħala dimostrazzjoni ta’ sfida lill-Armata.

Il-qawwiet Armeni, qabel, qalu li l-Prim Ministru ‘tilef il-kapaċità għal deċiżjonijiet raġjonevoli’ wara li Pashinyan kien keċċa kap militari ewlieni.

Nikol Pashinyan ilu jiffaċċja l-protesti tal-massa mindu l-Armenja tilfet il-konflitt tas-sena l-oħra mal-Ażerbajġan dwar il-kontroll ta’ Nagorno Karabakh – zona polemikuża li hi rikonoxxuta bħala parti mill-Ażerbjġan iżda li kienet ilha kontrollata mill-Armeni etniċi mill-1994.

Permezz tal-aħħar konflitt, l-Ażeri ħatfu lura l-inħawi madwar Nagorno-Karabakh flimkien mal-belt ta’ Shusha fi ħdan it-territorju proprju.