F’mument ferm delikat fl-investigazzjoni b’rabta mal-assassinju makabru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li nqatlet f’karozza bomba ftit metri bogħod mid-dar tagħha lura fl-2017 – il-Kunsillier Laburista Michel Buttigieg ħass li kellu jesprimi ruħu fil-konfront tal-ġurnalista.
Dan hekk kif il-Kunsillier fil-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali ta’ Facebook ħass il-ħtieġa li jindirizza u jiddeskrivi lill-mara, omm, oħt u ħabiba ta’ bosta bħala persuna li “kienet biss imbarazz għas-soċjetà Maltija”.
Bosta saħqu li f’dan il-mument sensittiv għal min kellu konoxjenza tagħha, fejn ankè ċertu memorji reġgħu għal darb’oħra tqanqlu – il-Kunsillier Laburista wera sensittività zero fil-konfront tal-memorja tal-mibkija Daphne Caruana Galizia kif ukoll għal qrabatha.
Huma saħqu li d-diskors ta’ Buttigieg juri biċ-ċar li l-mentalità li wasslet sabiex inqatlet il-ġurnalista, 3 snin wara ma nbidlet assolutament xejn.
Aktar tard grazzi għall-aħbar ippublikata minn Net News, il-Partit Laburista ħass il-ħtieġa wkoll li jikkundanna dan l-aġir muri mir-rappreżentant tiegħu fost l-Għawdxin.
Madanakollu dan għad-differenza ta’ bosta drabi li kemm il-ġurnalista ta’ Daphne Caruana Galizia kif ukoll qrabatha ġew attakkati minn esponenti Laburisti ankè fl-ogħla karigi.
//= $special ?>