Lokali

Kuntistabbli jweġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku bil-mutur

Kuntistabbli tal-Pulizija kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur f’Birkirkara.

Il-każ seħħ fit-8.30 tal-Ħamis filgħodu fi Triq il-Wied meta għal xi raġuni vettura misjuqa minn mara ta’ 32 sena ħabtet ma’ mutur tat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija misjuq mill-vittma ta’ 25 sena.

Fil-post ġiet msejħa minnufih ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin./