Atletika Sport

L-atleta Caster Semenya tieħu l-appell tagħha quddiem il-Qorti Ewropea

Iċ-champion Olimpika tat-800 metru, Caster Semanya se tieħu l-appell konta ir-restrizzjonijiet tal-livelli tat-testosterone fl-atleti femminili quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-atleta mill-Afrika t’ISfel, m’hijiex titħalla tikkompeti f’avvenimenti tal-400 metru u tal-mil mingħajr ma tieħu il-mediċina li tnaqqas il-livelli tat-testosterone, wara tibdil fir-regoli mill-World Athletics. Wara li Semenya ,li għandha 30 sena, tilfet l-appell fl-Isvizzera issa qegħda tittama li b’dan l-appell tkun tista’ tiddefendi it-titlu Olimpiku tagħha f’Tokyo aktar tard din is-sena.

Semenya hija atleta bi żvilupp sesswali differenti (DSD) u r-regola l-ġdida li ddaħlet mill-World Atlethics tistipula li atleti bħalha iridu jieħdu mediċina li tikkontrolla il-livell tat-testosterone jew inkella jbiddlu id-distanza li jikkompetu fija, minħabba li jkunu f’vantaġġ kompettitiv fuq l-atleti l-oħra.