Enerġija Lokali

Oppożizzjoni proattiva u Gvern reattiv – Partit Nazzjonalista

L-aħbar li l-Ministru Miriam Dalli se tkun qed timplimenta l-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sabiex dawk il-familji Maltin li skadhielhom il-kuntratt tal-panelli tax-xemx jibdew jitħallsu 10ċ5 minflok 7ċ5 hija prova ta’ kemm l-Oppożizzjoni hi proattiva u l-Gvern reattiv għall-proposti tagħha.


Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista qal li hija wkoll konferma ta’ kemm-il kritika li ħareġ biha l-Gvern dwar il-costings tal-proposti tal-Oppożizzjoni kienet fjakka u intenzjonata biss biex il-Gvern jifraħ b’rix ħaddieħor.


Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jkun il-katalist tal-bidla mill-Oppożizzjoni, biex jimla’ l-faqar fil-politika tal-Gvern, u biex b’hekk il-familji jibdew igawdu minn issa mill-politikatal-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni.