Rugby Sport

Posposta il-partita tas-Six Nations bejn Franza u l-Iskozja minħabba l-coronavirus

Is-Six Nations Testing Oversight Group (TOG) ħabbar li l-partita bejn Franza u l-Iskozja, valida mit-turnament tas-Six Nations, se tiġi posposta.

Dan tħabbar wara li nstabu aktar każijiet pożittivi fost il-kamp Franċiż fejn mill-logħba kontra l-Irlanda fl-erbatax ta’ Frar, kellhom erbatax-il każ pożittiv. B’hekk l-iskwadra kollha Franċiża kellha tieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa u ssospendiet it-taħriġ kollu, filwaqt li l-kamp Franċiż kollu jinsab f’iżolament.

Fost dawk il-plejers li rriżultaw pożittivi hemm il-captain Charles Ollivon kif ukoll Antoine Dupont, filwaqt li l-kowċ Fabien Galthie huwa wieħed mit-tliet persuni fl-istaff li rriżultaw pożittivi. Id-data ta’ meta se tintlagħab din il-partita se tkun mħabbra aktar ‘il quddiem.