Permezz ta’ post fuq Facebook, Rosianne Cutajar ħabbret li rriżenjat minn Segretarju Parlamentari b’mod temporanju.
Fil-post hi qalet li dan qed tagħmlu b’rispett lejn il-Partit Laburista.
Hi qalet li dan qed tagħmlu għax ma tridx tħalli ‘ebda allegazzjonijiet foloz u malinni jtappnu r-riformi li ilna tant naħdmu għalihom u li se nwettqu għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha’.
Cutajar bdiet il-post tagħha billi qalet li kienet ‘soġġetta għal diversi attakki inġusti, spins politiċi u kummenti qarrieqa’.
Fil-post tagħha hi rreferiet għaċ-chats privati izda m’għamlet l-ebda referenza għall-allegati flejjes li ħadet mingħand Fenech.
Intant fost il-kummenti fuq Facebook tfaċċa kumment minn Rosianne Cutajar nnifisha fejn qed tgħid li dejjem emmnet fl-integrità tagħha.
