Ambjent Għawdex Lokali

Tħassib mill-Gozo Business Chamber

Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija qed tappoġja t-tħassib tas-Sindki Għawdxin dwar in-nuqqas ta’ pjanar fil-mod kif qed isir il-bini f’Għawdex.

Fi stqarrija, il-Gozo Business Chamber insistiet li ċertu żvilupp qed jeqred il-qalba tal-irħula Għawdxin. Il-Kamra irreferiet speċifikament għal bini ta’ proġetti kbar li mhumiex sostenibbli.

“Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tappoġja żvilupp u bini ta’ proġetti li jsiru b’mod sostenibbli”, tgħid l-istqarrija.

Kien għal dan il-għan li diġa’ saru numru ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Gvern.