Futbol Sport

Torino kontra Sassuolo posposta għas-17 ta’ Marzu

Il-partita tas-Serie A li kellha tintlagħab għada filgħaxija ġiet posposta għas-17 ta’ Marzu minħabba cluster ta’ każijiet pożittivi fil-kamp ta’ Torino.

Sadanittant, it-tim ta’ Torino komplew isegwu il-miżuri b’rabta mal-coronavirus filwaqt li sarulhom l-iswabs neċċessarji fejn instabu seba’ plejers pożittivi u żewġ membri tal-istaff tekniku. F’xi każijiet minn dawk pożittivi nstab ukoll l-varjant tal-Ingilterra, bl-awtoritajiet ikunu aktar stretti fil-miżuri tagħhom biex jevitaw it-tixrid ta’ dan il-varjant.

Is-Serie A se tkun qed issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni f’Turin hekk kif tista’ tiġi posposta wkoll il-partita ta’ Torino kontra Lazio skedata għal ġimgħa d-dieħla.