Futbol Sport

B’għaxar plejers, Sirens iżommu lil Lija Athletic

(Ritratt: Stephen Gatt)

Luke Micallef

SIRENS……………………………….1

LIJA ATHLETIC…………………. 1

Sirens: D. Cassar, J. Pearson, L. Bittaye (L. Grech 31’), H. Kone (R. Darmanin 79’), W. Domoraud, E. Torre, J. Walker, S. Tounkara (T. Agius 79’), R. Scicluna, T. Jammeh (R. Grech 87’), T. Espindola

Lija: L. Bonnici, C. Cassar, I. Borg (L. Muscat 64’), J. Fernando Brandan, H. Wood (N. Micallef 87’), W. Serrano, M. Jimenez, J. Gill, C. Giordimaina, G. Virano (D. Scerri 90’), C. Flores

Imwissija: J. Pearson 13’ (S), G. Virano 45’ (L)

Tkeċċa: J. Pearson 16’ (S)

Skorjaw: F. Brandan 45+1’ (L), W. Domoraud 56’ (S)

Referee: Daniel Portelli

Assistenti Referees: Alan Camilleri, Thomas Debono

BOV Plejer tal-logħba: Wilfried Domoraud (Sirens)

Sirens b’għaxar plejers, irnexxielhom jieħdu punt fil-konfront kontra Lija Athletic. Fl-aħħar ħarġa tiegħu, it-tim minn San Pawl il-Baħar kiseb punt fi dro’ kontra Mosta filwaqt li Lija ġejjin minn telfa kbira ta’ 5-0 kontra Hibernians.

L-ewwel battuti tal-logħba raw liż-żewġ timijiet jaqsmu l-logħob b’azzjonijiet fuq iż-żewġ naħat. Fit-tieni minuta, xutt ta’ Harry Wood minn barra l-kaxxa għadda barra. Tliet minuti wara reġa’ kien it-tim ta’ Lija fuq l-offensiva permezz ta’ Fernando Brandan li għadda lejn Gonzalo Virano bix-xutt tiegħu jgħaddi ftit għoli. Sirens irrispondew permezz ta’ Samba Tounkara li spara għoli. Fis-17-il minuta t-tim ta’ Sirens spiċċa jilgħab b’għaxar plejers wara li tkeċċa d-difensur Jonathan Pearson wara li ntwera t-tieni karta safra f’temp ta’ tliet minuti. Wara li rċieva minn kross, Miguel Jimenez ra x-xutt tiegħu mill-viċin jispiċċa mal-ġenb tax-xibka fis-27 minuta. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima t-tim immexxi minn Joseph Galea ngħataw penalty wara li twaqqa’ Carl Joseph Cassar minn Thiago Espindola. Inkariga minnu FERNANDO BRANDAN li ra x-xutt jintlaqa’ mill-gowler ta’ Sirens iżda mir-rebound kien l-istess Brandan li xeħet fix-xibka.

Sirens ħarġu aktar avventurużi fit-tieni taqsima. Fil-fatt, fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota tat-tieni taqsima, it-tim ta’ Sirens ġab il-gowl tad-dro’. Kien propju fis-56 minuta li wara li rċieva minn kross, WILFRIED DOMORAUD b’xutt fil-baxx għeleb lil Luke Bonnici. Fis-66 minuta xutt ta’ Carlos Flores minn barra l-kaxxa għadda ftit ċentimetri barra mil-lasti difiżi minn David Cassar, filwaqt li għaxa minuti wara xutt ta’ Brandan għadda ftit għoli. Lija komplew jagħfsu sa tmiem il-partita, iżda m’approfittawx mill-vantaġġ numeriku bil-partita tispiċċa f’parita’.