Lokali Qorti

“Dan kollu ġara minħabba l-konfużjoni li hemm fir-regolamentazzjoni tal-industrija tal-bini” – Il-Professur Torpiano

“Dak li ġara huwa rifless għal konfużjoni li hemm fir-regolamentazzjoni tal-industrija tal-bini. Għandu jkun hemm l-obbligu li wieħed ikun ċert f’dak li qed jagħmel fuq żvilupp. Filmat minn camera li ttieħed mill-bogħod ta’ fejn waqgħet ir-residenza ta’ Miriam Pace juri x-xogħol għaddej fil-binja u li din spiċċat ikkolassat.”

Dan ħareġ mix-xhieda tal-Professur Alex Torpiano meta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ taż-żewġ Periti, akkużati bil-qtil involontarju ta’ Miriam Pace, ta’ 54 sena, li waqt li kienet f’darha fi Triq Joseph Abela Scolaro fil-Ħamrun meta ġġarrfet il-binja li tinsab biswit sit ta’ kostruzzjoni. 

Roderick Camilleri ta’ 37 sena mir-Rabat u Anthony Mangion ta’ 73 sena mill-Gżira qed jiġu akkużati b’dan ir-reat quddiem il-Qorti tal-Maġistrati filwaqt li Ludwig Dimech ta’ 38 sena minn Ħaż-Żebbuġ li kien il-kuntrattur u Nicholas Spiteri ta’ 43 sena mill-Imqabba li kien qed jaħdem fis-sit li fih seħħ l-inċident, iddeċidew li l-każ tagħhom imur ġuri.

Fuq mistoqsijiet tal-Avukat Arthur Azzopardi l-Professur Torpiano ikkonferma li soqfa tal-binja u parti mill-ġemb tar-residenza deher l-ewwel jitgħawwġu u wara jseħħ il-kolass.

Qal ukoll li r-residenza l-oħra ġiet affetwata bi ftit iżda hu mhux f’pożizzjoni li jgħid jekk setax jiġri l-istess bħal ma ġara lir-residenza tal-familja Pace, lir-residenza l-oħra. Tenna li l-ħitan ta’ ġewwa tal-bini biswit jagħmel differenza fuq x’teknika tintuża.

L-Avukat Azzopardi rrefera għall-konklużjonijiet li għamlet il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fl-inkjesta fis-sens “li l-aġir ta’ Spiteri kien negliġenti għall-aħħar biex juża’ l-musmar biex ifittex jeħles li kien il-kaġun tal-kollas,” bil-Professur Torpiano jgħid li jaqbel mal-konklużjoni tal-Maġistrat. 

F’isem il-klijenti tiegħu l-avukat talab għal ‘social enquiry report’. Fejn qal li l-akkużati qed jagħtu permess lill-uffiċjal li jiġi appuntat biex jagħmel dan ir-rapport sabiex jevalwa r-rekords mediċi tagħhom.

Ma kien ebda oġġezzjoni mill-Prosekuzzjoni mmexxija mis-Supretendent Robert Vella u lanqas minn naħa tal-Avukati Joe Giglio u David Bonello li qed jidhru f’isem il-familja Pace. Il-Qorti laqgħet it-talba u qalet li se taħtar żewġ esperti li għandhom jikkonkludu dan ir-rapport sal-11 ta’ Marzu li ġej.

Wara xehed espert tal-Qorti  Mario Buttigieg, li qal li l-musmar ta’ wieħed mill-inġenji kien imdaħħal fil-blat u tenna li x-xogħol kien  qed isir fuq in-naħa tar-residenzi u qal li dan instab fuq il-lemin imdaħħal fil-blat u kull ma ħalla sinjali tal-caterpillar mix-xellug għal lemin. Qal li l-hymac mexa dawra tond.

Buttigieg spjega li meta jsir skavar hemm ir-riskju li wieħed jista’ jasal sal-fundamenti tal-ġebla tal-bini l-ieħor. Dwar it-tul tal-makkinarju biex isir l-iskavar u li dan jintuża, bit-tul kollu tiegħu, meta wieħed jaħdem f’xi wied filwaqt li l-makkinarju ‘l-id tiegħu’ ma toħroġx fit-tul meta ix-xogħol isir f’distanza iqsar.

Xhud ieħor kien Joseph Borg, Health and Safety Officer li qal li mar fuq il-post fil-21 u 28 ta’ Frar ta-sena l-oħra u ħa ritratti, tenna li għandu rapport bir-ritratti. Sostna li huma jkunu imqabddin biex jagħmlu ‘site visit’ fil-ġimgħa.

Chris Zarb li ġie mtella bix-xjixhed mid-difiża daħal assistit fl-awal mill-Avukati tiegħu fosthom Giannella De Marco qalet li tixtieq dikjarazzjoni mill-Prosekuzzjoni jekk il-persuna għadux taħt investigazzjoni għaliex jekk iva u se jittieħdu passi fil-konfront tiegħu, Zarb mhux se jixhed.

Il-Posekuzzjoni kkonfermat li Zarb għadu taħt investigazzjoni. Zarb iddeċieda li ma jixhidx. Il-kumpilazzjoni se tkompli fil-11 ta’ Marzu li ġej.