Sport Sport Ieħor

Francesca Curmi tkompli tiddomina fl-ITF Monastir Tournament

Iż-żgħażugħa Maltija ta’ 18-il sena Francesca Curmi kompliet tiddomina fl-ITF Montasir Tournament li qed isir fit-Tuneżija hekk kif irnexxielha tavvanza għas-semifinali wara li għelbet lil Oana Gavrila 6-1 6-3.

Gavrila tinsab fit-22 post fir-ranking tal-ITF filwaqt li Curmi tinsab fl-1062. Curmi se tilgħab kontra Risa Ushijima jew Yasmine Mansouri fis-semifinali.

Francesca Curmi rnexxielha wkoll tasal sas-semifinali tad-doubles hekk kif flimkien ma’ seħbitha Mihaela Dakovic għelbu lil Alena Bairasheuskaya u Alisa Yakimakho 2-1.