Lokali

Il-Ministri skomdi jwieġbu dwar dak li kien żvelat mill-Koħħu

Hekk kif rapporti fil-media qed ikomplu juru li Chris Cardona huwa l-politiku li issemma minn Vince Muscat mal-Pulizija… il-Prim Ministru fl-ahhar jiem baqa’ jinsisti li s’issa m’hemm ebda politiku involut.  

Affaċjati bid-domandi ta’ dan l-istazzjon, diversi Ministri tal-Gvern ħarbu milli jwieġbu min qed jgħid il-verità…. b’uħud minnhom ifarfru fuq il-Kummissarju tal-Pulizija. Għalkemm kollha qagħdu attenti ferm kif ipoġġu l-kliem – f’turija ċara li hemm aktar fatti li għad iridu joħorġu.

It-tweġibiet li tawna jikkonfermaw kemm l-istorja tat-Times qed titfa’ pressjoni fuq il-Kabinett ta’ Abela.

Intant, dwar ir-riżenja ta’ Rosianne Cutajar minn Segretarju Parlamentari, il-Ministri għal darba oħra għażlu li ma jikkumantawx …b’Jose Herrera jispiċċa jaqbeż għaliha.