Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Vince Farrugia

Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Vince Farrugia, li jibqa’ magħruf għall-irwol ewlieni li kellu fis-settur tax-xogħol fejn għamel ukoll żmien konsiderevoli fit-tmexxija tal-GRTU ( llum Chamber of SMEs ) bħala Direttur Ġenerali. Huwa ħadem għal aktar minn 20 sena fis-settur tan-negozji.

Vince Farrugia ħadem bħala konsulent industrijali kemm fis-settur privat u okkupa wkoll karigi oħrajn fosthom fl-NTOM, il-Malta Development Corporation u mal-banek. Fl-2008 kien ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Huwa kien ikkontesta wkoll l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista f’Ġunju tal-2009.

Il-Partit Nazzjonalista jagħti l-kondoljanzi lill-familja ta’ Vince Farrugia f’dan iż-żmien diffiċli.