Kmieni dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Vince Farrugia; persuna li għal snin twal kien involut fis-settur tax-xogħol, u għamel perijodu konsiderevoli fit-tmexxija tal-GRTU – dik li illum hi ċ-Chamber of SMEs.
Vince Farrugia twieled ir-Rabat fl-1944. Hu kien għal xi żmien lettur tal-ekonomija fl-Università ta’ Malta, u diretturi eżekuttiv f’żewġ banek lokali.
Vince Farrugia iddedika aktar minn 20 sena ta’ servizz għan-negozji. Fl-2008 kien ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Farrugia kien ikkontesta l-elezzjonijiet tal-MEP’s f’isem il-PN fl-2009.
Wara li ħarġet din l-aħbar, il-Kamra tan-Nagozji ż-Żgħar u Medji esprimiet id-dieqa tagħha għat-telfa ta’ Farrugia. Anke l-Kap tal-PN wassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Vince Farrugia filwaqt li sellem il-memorja tiegħu.
//= $special ?>