Lokali

Inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

Illum, għal ħabta tat-7:45am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li seħħet ħabta bejn tliet vetturi; Isuzu Elf misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Qormi, mutur Honda misjuq minn Taljan ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi.

Konsegwenza tal-impatt, raġel Pakistan li kien qed jimxi, intlaqat u sofra xi ġrieħi. Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, waqt li ambulanza ħadet lill-Pakistan l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.