Lejn tmien l-2020, ġew introdotti żewġ Leġiżlazzjonijiet Sussidjarji li jirregolaw l-operat tal-Ħwienet tal-Karità u attivitajiet ta’ ġbir pubbliku. Fid-dawl ta’ dan, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO) kompla joffri l-assistenza tiegħu permezz ta’ linji gwida ta’ simplifikazzjoni tal-Leġiżlazzjonijiet Sussidjarji 492.03 u 492.04.
Fis-simplifikazzjoni tagħhom, dawn il-leġiżlazzjonijiet ġew introdotti sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ ġbir pubbliku u ħwienet tal-karità huma regolati mill-OCVO. Din il-konformità se tgħin biex jitnaqqas l-abbuż għall-benefiċċju tal-istess Organizzazzjonijiet Volontarji filwaqt li jkun hemm aktar trasparenza u kontabbilità fis-settur volontarju.
Il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 492.04 tirrikjedi li l-Ħwienet tal-Karità jissottomettu id-dokumenti msemmija hawn taħt lill-OCVO:
- Ċertifikazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar.
- Ċertifikazzjoni tal-OHSA.
- Aċċess għal persuni b’diżabilità.
- Liċenzji preċedenti (jekk ikun hemm).
- Lista tal-amministraturi.
- Ċertifikat ta’ iskrizzjoni.
- Kuntratti ta’ binjiet (kuntratt ta’ kera / bejgħ).
- Kuntratti ta’ impjieg u Karta tal-Identità tal-voluntiera u l-impjegati.
- Lista ta’ donaturi (jekk ikun japplika).
- It-tip tal-prodotti li jiġu mibjugħa.
- Ċertifikat riċenti tal-Kondotta tal-Pulizija u Karta tal-Identità tal-amministraturi kollha involuti fl-operat tal-Ħwienet tal-Karità.
- Sussidji fuq xi eżenzjoni minn taxxa / VAT.
Appena l-OCVO jirċievi dawn id-dokumenti, tinħareġ liċenza għall-operat ta’ dawn il-Ħwienet tal-Karità. Jinħarġu wkoll dokumenti ta’ ċertifakazzjoni uffiċjali lill-amministraturi, impjegati u voluntiera li jopera l-Ħanut tal-Karità, biex ikunu uffiċjalment rikonoxxuti mill-pubbliku. Dawn id-dokumenti huma soġġetti għal tiġdid kull sena.
Il-Ħwienet tal-Karità huma obbligati li jissottomettu prospettivi annwali u kontijiet annwali, li jinkludu l-ammonti riċevuti minn donaturi bħala donazzjonijiet
Jekk Ħanut tal-Karità jkun jopera biss għal 20 ġurnata jew inqas, ma jitqiesx bħala Ħanut tal-Karità regolari, iżda Ħanut tal-Karità temporanju, għal skop partikolari wara li jinħareġ permess temporanju mil-Kummissarju.
Il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja li tirregola l-Ġbir Pubbliku (492.03) tispeċifika li l-Organizzazzjonijiet Volontarji għandhom ikunu iskritti mal-Kummissarju. F’każ illi l-Organizzazzjonijiet Volontarji ma jkunux iskritti mal-Kummissarju, huwa jista’ joħroġ permess temporanju jekk jidhirlu li l-ġbir huwa għal kawża soċjali. Il-Leġiżlazzjoni tiddefenixxi t-tip ta’ ġbir pubbliku li jinkludi ġbir fit-toroq, ġbir li jsir bl-enveleopes, ġbir bil-kontenituri u ġbir fuq il-midja soċjali (crowdfunding). Attivitajiet bħal maratoni ta’ sports, li jsiru minn individwi f’isem l-Organizzazzjoni Volontarja għandhom ikunu reġistrati mill-Organizzazzjoni Volontarja.
Il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja tipprovdi li meta l-ġbir pubbliku jkun ippjanat fuq bażi regolari minn Organizzazzjoni Volontarja, din tal-aħħar għandha tinnofika lill-Kummissarju. L-Organizzazzjonijiet Volontarji għandhom jissottomettu l-applikazzjoni li tkun tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa u meta jinħareġ il-permess jinħareġ il-permess għal dik l-applikazzjoni mill-Kummissarju, dan ikun validu għal sitt xhur. Il-kolletturi pubbliċi se jingħataw kontenituri ssiġillati u tags għall-ġbir. Fi żmien xahar mill-għeluq tal-ġabra, il-flus miġbura għandhom jiġi mgħaduda fil-preżenza ta’ rappreżentant tal-OCVO u persuna professjonali li jkollha l-warrant.
Għall-benefiċċju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji u s-settur tal-volontarjat, l-Organizzazzjonijiet Volontarji għandhom jiddikjaraw l-ispejjeż li jkunu ntnefqu minnhom li għandhom jitnaqqsu mid-dħul iġġenerat u dħul ieħor. L-OCVO jixtieq javża li se jkun hemm miżati amministrattivi għall-kontenituri tal-ġbir u tags għall-kolletturi.
//= $special ?>