Coronavirus Lokali Saħħa

“Is-saħħa u l-ħajja tan-nies huma prijorità assoluta għall-PN” – Bernard Grech

“Qed nergġħu naraw numri kbar ta’ każijiet ta’ COVID-19. Huwa ċara li-Gvern ma kienx ippreparat biex ir-roll-out tal-vaċċin isir b’mod organizzat u trasparenti.”

Kien dan il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li llum kienu reġistrati numri rekors ta’ każijiet ġodda pożittivi f’ġurnata waħda biss.

Bernard Grech qal li l-poplu ilu żmien twil jagħmel sagrifiċċji u jrid jirritorna għan-normal mill-aktar fis possibbli. Għalhekk, wara li l-Prim Ministru Robert Abela tefa’ lil pajjiżna l-baħar, issa hemm bżonn li jkun ċar u trasparenti. Dan għaliex is-saħħa u l-ħajja tan-nies huma prijorità assoluta għall-Partit Nazzjonalista.

Bernard Grech reġa’ appella lill-Gvern biex illum qabel għada jippubblika l-pjan tar-roll-out u jkun ċar, pass, pass x’qed jiġri u fejn il-miri ma jintlaħqux għandu jispjega b’mod ċar għala dan qed jiġri.