Futbol Sport

Jispikka l-konfront bejn Manchester United u Milan mir-round tal-aħħar 16 tal-Europa League

(Ritratt: EPA)

Hekk kif ittellgħu l-poloz tar-round tal-aħħar 16 tal-UEFA Europa League jispikka l-konfront bejn Manchester United u Milan, żewġ timijiet li normalment narawhom jikkompetu fil-UEFA Champions League u żewġ timjiet li kienu favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni din is-sena.

Konfront ieħor li jispikka jkun dak bejn Olympiacos u Arsenal, bil-Griegi fl-istaġun li għadda jeliminaw lill-Gunners mir-round tal-aħħar 32 tal-istess kompetizzjoni. L-ewwel leg ta’ dan ir-round se jintlagħab fil-11 ta’ Marzu bit-tieni leg jintlagħab fil-ġimgħa ta’ wara

UEFA EUROPA LEAGUE

ROUND TAL-AĦĦAR 16: Ajax v Young Boys, Dynamo Kyiv v Villareal, Roma v Shaktar Dontesk, Olympiacos v Arsenal, Dinamo Zagreb v Tottenham Manchester United v Milan, Slavia Prague v Rangers, Granada v Molde