Għawdex Lokali

“L-Awtorità tal-Ippjanar qed tfalli lil Għawdex bl-iżvilupp drastiku”

L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għall-Għawdex qalet li tinsab diżappunta li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għamlitx laqgħa mas-sindki Għawdxin biex ikunu jistgħu jsemmgħu leħinhom dwar l-iżvilupp drastiku li qed isir fuq il-gżira Għawdxija.

L-Assoċjazzjoni fi stqarrija li ħarġet kompliet tgħid li l-viżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar hi li tagħmel lil gżejjer Maltin post pjaċevoli u kif hu xieraq li wieħed jgħix, iżda sfortunatament ma jidhirx li l-istess viżjoni għadha tapplika għal Għawdex.

L-istqarrija tħeġġeġ biex il-gżira Għawdxija tibqa’ tkun imħarsa għan-natura li toffri u l-karattru rurali li toffri.