Futbol Sport

“L-EURO 2020 jista’ jkun li jsiru bil-partitarji”, il-konsulent mediku tal-UEFA

Il-konsulent mediku tal-UEFA, Dr Daniel Koch, stqarr li l-EURO 2020 m’humiex f’periklu li jitħassru u tenna li hemm il-possibilita’ li l-partitarji jkunu jistgħu isifru minn pajjiż għall-ieħor għall-partiti.

Il-pjan għal dawn il-kampjonati hu li jsiru fuq tnax ‘il pajjiż, madanakollu l-UEFA qed tesplora l-possibilita’ li dan isir f’pajjiż wieħed minħabba l-pandemija. Dr.Koch stqarr li l-UEFA beħsibha tieħu deċiżjoni dwar dan f’April wara konsultazzjoni mat-tnax-il pajjiż li huma maħsubha li jospitaw il-partiti.

Il-konsulent mediku enfasizza li id-deċiżjoni se tittieħed skond is-sitwazzjoni tal-covid f’dawn il-pajjiżi filwaqt li saħaq li għandha tkun deċiżjoni flessibli sabiex jkun zgurat li l-EURO 2020 jkun organizzat bl-aħjar mod possibli.