Fuq perijodu ta’ sena, id-deficit tal-Gvern żdied bi kważi €294 miljun filwaqt li d-dejn nazzjonali żdied b’€1,439.9 miljun.
Dan joħroġ mill-aħħar ċifri aġġornati li ġew ippubblikati llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).
Skont dawn iċ-ċifri, pajjiżna intlaqat sew mid-daqqa ekonomika tal-pandemija. L-effett qed jinħass kemm fin-nefqa pubblika kif ukoll fid-dħul tal-Gvern.
Mill-informazzjoni tal-NSO joħorġu wkoll punti oħra ta’ interess fejn tidħol żieda fin-nefqa tal-Gvern:
- nefqa ta’ €8.7 miljun addizzjonali fid-deal tal-isptarijiet (hospital concession agreements)
- nefqa ta’ €2.7 miljun aktar għal sussidji lit-trasport pubbliku
- u nefqa ta’ €1.8 miljun addizzjonali għad-dwal tat-toroq
Iċ-ċifri tal-NSO iqabblu Jannar li għadda ma’ Jannar 2020.
//= $special ?>