Ekonomija Lokali

L-iżbilanċ tal-Gvern f’Jannar jitla’ għal €324.4 miljun

Fuq perijodu ta’ sena, id-deficit tal-Gvern żdied bi kważi €294 miljun filwaqt li d-dejn nazzjonali żdied b’€1,439.9 miljun.

Dan joħroġ mill-aħħar ċifri aġġornati li ġew ippubblikati llum mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Skont dawn iċ-ċifri, pajjiżna intlaqat sew mid-daqqa ekonomika tal-pandemija. L-effett qed jinħass kemm fin-nefqa pubblika kif ukoll fid-dħul tal-Gvern.

Mill-informazzjoni tal-NSO joħorġu wkoll punti oħra ta’ interess fejn tidħol żieda fin-nefqa tal-Gvern:

  • nefqa ta’ €8.7 miljun addizzjonali fid-deal tal-isptarijiet (hospital concession agreements)
  • nefqa ta’ €2.7 miljun aktar għal sussidji lit-trasport pubbliku
  • u nefqa ta’ €1.8 miljun addizzjonali għad-dwal tat-toroq

Iċ-ċifri tal-NSO iqabblu Jannar li għadda ma’ Jannar 2020.