Lokali Qorti

Liberat bil-kundizzjoni wara li fera ħafif lil missieru

Raġel mill-Qrendi ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sitt wara li nstab ħati li kkaġuna ferita ħafifa fuq missieru wara li kien provokat. Jean Paul Ellul, ta’ 34 sena, ma nstabx ħati li fit-18 ta’ Frar 2019, fil-limiti tal-Qrendi, ikkaġuna ferita gravi fuq missieru, iżda li kkaġunalu ferita ħafiifa.  

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud ħareġ li waqt li Jean Paul Ellul kien għaddej bit-trakk minn ħdejn barriera, missieru ħareġ fin-nofs biex iwaqqfu u hemm skatta argument. Waqt l-argument li nqala bejniethom il-missier imbotta lill-iben u dan għamel l-istess bil-missier jaqa’ mal-art.

Wara li sema x-xhieda tal-missier, l-iben u l-omm, il-Maġistrat Mifsud qal li jirriżulta li l-iben ipprova jagħmel minn kollox biex jevita konfront ma’ missieru tant li minflok mar ibattal il-barriera mar jagħmel rapport l-għassa.

Irriżulta li l-Pulizja wissew lill-missier biex ma jmurx l-għalqa, iżda hekk għamel fejn beda jħabbat max-xatba tal-ħadid isejjaħlu biex joħroġ, jikkonfrontah u jgħidlu li ma jibżax minnu.

Hawn intervejna ibnu li qal lil missieru biex jitlaq u li ma kellux għalfejn jmur hemm, u talbu biex jieqaf milli jkomplijipprovokah u jitiednu għall-ġlied.

Il-Maġistrat Mifsud fis-sentenza tiegħu qal li l-omm ikkonfermat li kienet talbet lill-missier jitlaq minn fuq il-post u li kien aggressiv kontriha meta xeħitha mal-art wara li ippruvat tferraqhom.

L-omm u t-tifel qalu wkoll. li l-missier ta daqqa ta’ ponn lit-tifel u laqtu fi spalltu. Kien għalhekk li waqt li ma sabx lill-akkużat ħati li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied, il-Qorti sabu ħati ta’ ferita ħafifa ħafifa u illiberah bil-kundizzjoni. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Trevor Micallef li investiga l-każ.