Dawk li jwieġbu għal din is-sejħa huma mitluba jieħdu l-prekawzjonijiet kontra t-tixrid tal-COVID-19 u jżommu d-distanza.
Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qed isejħu protesta quddiem il-bini tal-Parlament, biex iġeddu s-sejħa tagħhom għal ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia, ma’ familtha u mal-pajjiż kollu.
Fi stqarrija huma saħqu li jinsabu tassew irrabjati jaraw lill-Prim Ministru Robert Abela jgħaġġel biex jagħlaq dan il-każ li għadu miftuħ billi juża l-ammissjoni ta’ wieħed mill-assassini li qatlu lil Daphne bħala xi prova li l-Istat wettaq dmiru. “Din l-awto-kongratulazzjoni, li mhi ġustifikabbli bl-ebda mod, qed tintuża biex tgħammad pajjiż u tnessih l-impunità li għadhom igawdu l-politiċi għall-korruzzjoni li wettqu u li gawdew mill-qtil ta’ ġurnalista li kienet assassinata għax kixfithom.”
Repubblika qalu li l-Gvern għadu jinsisti, kif ilu jagħmel minn dakinhar tal-qtil, li kollox jista’ jieqaf meta jinqabdu l-assassini. Iżda l-konfoffa biex tinqatel Daphne saret għall-profitt tal-qarnita mafjuża li ħatfet lill-pajjiżna.”
//= $special ?>