Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li ċeda scaffolding

Illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li raġel kien għadu kemm sofra xi ġrieħi fi Triq il-Lbiċ, il-Birgu.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel, li għandu 41 sena u residenti l-Fgura, weġġa’ wara li ċeda scaffolding bih waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, waqt li ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.