Futbol Sport

Birkirkara jegħlbu lil Floriana b’żewġ gowls spettakolari

(Ritratt: MFA/Domenic Aquilina)

Clayton Schembri

BIRKIRKARA…….. 2

FLORIANA ………….0

BIRKIRKARA: A.Guarnone, L.Montebello, P.Mbong, Y.Yankam, I.Ntow, R. Alidor, F.Falcone (67’ C.Bonanni), F.Verde, C.Attard, C.Prado (81’ K.Zammit), E.Pepe.


FLORIANA: E.Akpan, E.Ruiz, D.Venancio, N.Leone (69’ S.Arab), K.Keqi, J.Arias Ulises (82’ D.Agius), J.Pisani (89’ A.Cini), N.Garcia
Matias, M.Dias, J.Busuttil, R.Camenzuli .

Referee: Tonna Glen


Player Tal-Logħba: Paul Mbong (Birkirkara)

Karti Sofor: Venancio Diego, Alidor Reginald, Bonanni Claudio

Birkirkara komplew bil-mixja pożittiva tagħhom u żammew posthom fi-raba’ post u iktar viċin li jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League, meta ilum għelbu lil Floriana bl-iskor ta 2-0.

Fil-11-il minuta waslet l-ewwel azzjoni denja li fiha Floriana setgħu fetħu l-iskor, permezz ta’ Garcia li b`daqqa ta’ ras mill-viċin, il-gowlkiper Guarnone dawwar f’ corner, wara li irċiva l-ballun mix-xellug mingħand Arias. Birkirkara wieġbu erba’ minuti wara, meta Yannick Yankam għadda tajjeb min-naħa tal-lemin u baqa’ diħel fil-kaxxa iż-żgħira, iżda il-cross tiegħw ħadu il-gowlkiper Akpan.

Il-Karkarizi fetħu l-iskor fit-48 minuta, meta Paul Mbong ixxutja xutt b`saħħtu min-barra il-kaxxa il-kbira, li-għeleb għal kollox lil Akpan. Floriana wieġbu fis-57 minuta, meta xutt ta’ Jan Busuttil għadda għoli minn mal-lasta wara li-irċiva il-ballun min-Keqi. Isaac Ntow ta’ Birkirkara ttanta xortih erba’ minuti wara b`xutt minn barra il-kaxxa, bil-gowlkiper Akpan idawwar f’ corner.

Fis-76 minuta, id-daqqa ta’ ras ta’ Paul Mbong tgħaddi barra, wara li-irċiva il-ballun mingħand Claudio Bonanni. Floriana wieġbu fit-80 minuta, minn free kick ta’ Diego Venancio li ixxutja dirett f’ idejn il-gowlkiper Guarnone. Florjana reġgħu marru viċin fid-90 minuta, meta ix-xutt ta’ Diego Venancio għadda barra wara li rebaħ il-ballun lil Paul Mbong.

Birkirkara issiġillaw ir-rebħa, meta fi-92 minuta skorjaw it-tieni gowl permezz ta’ Luke Montebello li ixxutja xutt minn nofs il-grawnd u għeleb għal kollox lil gowlkiper Akpan.