Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 237 każ ġdid – ifiqu 168

Huma 237 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 22,219 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 168 persuna biex issa huma 19,255 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa fortunatament ma ġew irreġistrati ebda mwiet biex b’hekk il-fatalitajiet tul ix-xahar ta’ Frar s’issa għadhom qed jammontaw għal 46 – bit-total ta’ vittmi f’pajjiżna huwa dak ta’ 313.

B’hekk, il-każi attivi issa żdiedu għal 2,651.

Dan filwaqt li tul il-jum tal-Ġimgħa ingħataw 2, 515 vaċċin – b’total ta’ 25,118 jingħataw t-tieni doża – 1,723 tul il-jum tal-Ġimgħa.