Lokali

Futboler Brażiljan jammetti li uża riżultat falz tat-test tal-COVID-19 biex jitlaq minn Malta

Plejer tal-futbol Brażiljan ibbażat f’Malta ammetta li uża riżultat falz tat-test tal-COVID-19 biex jitlaq minn Malta. Carlos Vilmar Da Silva Rodrigues tressaq quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella akkużat mill-Ispettur Silvio Magro li għamel dikjarazzjoni falza lil awtorità pubblika u ffalsifika dokumenti.

Huwa qal li ġie Malta biex jilgħab ma’ Senglea Athletic u allega li pprova jitlaq minn Malta wara li sar jaf li l-klabb ma kellux flus biex iħallas lilu, l-Prosekuzzjoni qalet lill-Qorti.

L-avukat tiegħu, Charmaine Cherrett, spjegat lill-Qorti li huwa ssottometta ruħu għal test COVID-19 fit-23 ta’ Frar, iżda wara li stenna tliet ijiem biex jingħata r-riżultat tat-test tiegħu, huwa kien iddeċieda li juża test falz biex jitlaq minn Malta.

Rodrigues wieġeb ħati tal-akkużi u ngħata sentenza ta’ sena ħabs, sospiżi għal erba’ snin. L-Ispettur Silvio Magro mexxa l-Prosekuzzjoni.