Futbol Sport

Ħamrun Spartans jagħmlu pass importanti b’rebħa diretta fuq Gżira

(Ritratt: Trevor Sollars)

Rowen Camilleri

GŻIRA U…………1

ĦAMRUN S………….2

Gżira U. : J. Haber, G. Mentz, S. Borg (A. Cohen 75’), N. Muscat (S. Pisani 61’)M. Davis, N. Portelli (D. Xuereb 75’), M. Maia, J. Mendoza, R. Correa, S. Borg, B. Atajic (J. De Assis 61’)

Ħamrun S: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier, J. Mbong, A. Soares, F. Sasere, S. Valero, J. Corbalan, P. Djordjevic, C. Dielna, S. Doumbia (I. Adeshina

Imwissija: F. Sasere 14’, P. Djordjevic (Ħ), M. Davis 21’, J. Mendoza 68’(G)

Skorjaw: F. Sasere 27’, C. Dielna 79’ (Ħ), M. Davis 90′ (G)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: Edward Spiteri u Mitchell Scerri

Il-Mument Plejer tal-logħba: Juan Corbalan (Ħamrun Spartans)

BOV Plejer tal-logħba: Juan Corbalan (Ħamrun Spartans)

F’konfront dirett minn naħa ta’ fuq tal-klassifka Ħamrun Spartans żammew posthom f’ras il-klassifika meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Gżira United bl-iskor ta’ 2-1.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Gżira wara għaxar minuti meta Nevin Portelli tefa kross mill-lemin li sab lil Maxuell Maia iżda d-daqqa ta’ ras tal-eks Sirens għaddiet barra.  Fis-seba 26 minuta Soares tefa’ kross insidjuż li Haber kellu jtajjar b’diffikultà u minuta wara wasal il-gowl ta’ Ħamrun. Kien is-solitu Soares li tefa kross fil-kaxxa li wara li qata d-difiżawaqa’ f’saqajn FRANKLIN SASERE li avvanza u tefa’ ġewwa. Gżira marru viċin fil-35 minuta meta kienet azzjoni personali ta’ Correa li prova xutt minn tarf il-kaxxa iżda għalkemm kien hemm illużjoni ta’ gowl il-ballun għadda barra. Minuta wara l-Ispartans jerġgħu imorru viċin meta kien Corbalan li bi kroos preċiż sab lil Doumbia li ra x-xutt mill-ewwel tiegħu jkun milqugħ tajjeb ferm minn Haber.

Gżira kienu l-ewwel tim li resqu viċin fit-tieni taqsima meta Correa rnexxielu jidħol fil-kaxxa avversarja, iżda wara li dawwar il-ballun fuq saqajh ix-xellugija ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-ġenb tax-xibka. Hekk kif il-logħba kienet nieqsa minn azzjonijiet perikolużi Ħamrun Spartans irduppjaw ħdax -il minut mit-tmiem meta ‘Dodo’ mix-xellug tefa’ l-ballun fil-kaxxa u ġab f’pożizzjoni tajba lid-debuttant CLAUDE DIELNA li mingħajr ma’qadt jaħsiba bix-xellug venven xutt b’saħħtu li ma’ ta l-ebda ċans lil Haber. Fis-86 minuta Gżira provaw jgħamlu reazzjoni u kien Martin Davis li ra x-xutt tiegħu jkun mtajjar f’korner mid-difiża.

Gżira United daħlu fil-partita meta fis-87 minuta ingħataw penalty meta r-referee dehrlu li  Mbong waqqa’ lil Steve Borg fil-kaxxa u mill-11-il metru kien MARTIN DAVIS li ma’ żbaljax iżda dan wasal tard wisq għaliex l-iskor ma’ nbiddilx sat-tmiem u Ħamrun ħarġu rebbieħa 2-1.