Futbol Sport

Hibernians b’rebħa kontra Żejtun biex żammew il-pass ma’ Ħamrun

HIBERNIANS ………… 2

ŻEJTUN ………………… 0

HIBERNIANS: M. Calleja Cremona, F.Apap, L. Almeida, Raphael, J. Grech (86 Z. Grech) J. Degabriele (61 T. Fonseca) B. Kristensen, D. Vella (87. A Attard) G. Artiles, A. Agius, Gilmar (77 I. Iriberri).

ŻEJTUN: C. Cassar, D. Albanese, L. Moreira, J. Suda (73 A. Carabott), Robeiro (53 V. Vieira), C. Grech, Marcelino, S. Barboza, N. Tabone, G. Azzopardi (83 E. Herrera), Anderson.

Referee: Fyodor Zammit.

Assistenti referees: D.Sultana, D.Spencer

BOV Plejer tal-logħba : Gilmar

Hibernians kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 kontra Żejutn biex b’hekk żammew il-pass mal-leaders Ħamrun, bil-partita li jmiss tkun kontra l-istess Spartans. Min-naħa l-oħra Żejtun għadhom qegħdin jirkupraw diversi plejers wara li kien hemm minnhom li kienu fi kwarantina obligatorja qabel din il-partita.

Hibernians marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta proprju fit-tielet minuta, kien JAKE GRECH li kkonkluda ġewwa wara azzjoni maħduma tajba mit-tim Pawlist. Żejtun kienu perikolużi darbtejn permezz ta’ Anderson li madanakollu ma rnexxilux isib ix-xibka f’żewġ tentattivi differenti, biż-żewġ konkulżjonijiet jgħaddu għoli mill-lasti ta’ Calleja Cremona.

Fit-tieni taqsima Hibernians baqgħu jiddominaw il-partita bil-gowlkiper ta’ Żejtun Christian Cassar iwettaq save tajjeb wara xutt perikoluż ta’ Leandro Almeida. Madanakollu, fil-75 minuta Hibernians għalqu l-partita bit-tieni gowl meta kien l-attakant prolifiku GILMAR li mill-viċin ikkonkluda għal ġewwa, biex kompla bil-forma pożittiva tiegħu ma’ Hibernians,

B’hekk b’din ir-rebġa Hibernians baqgħu fit-tieni post b’ 51 punt filwaqt li Żejtun baqgħu jitħabtu maż-żona tar-relegazzjoni fit-tnax-il post bi 23 punt.