Matul il-jum tas-Sibt, fir-Renju Unit il-bnadar ittajru mezz’asta, hekk kif filgħodu l-pajjiż sellem lill-Kaptan Tom Moore, li għamel daqstant xogħol għal-Fondazzjoni tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa, l-NHS.
Moore, li matul dan ix-xahar għalaq 100 sena, miet kawża ta’ kumplikazzjonijiet minħabba l-Covid-19. Hu kien meqjus bħala eroj tat-Tieni Gwerra Dinija wara li serva fir-Reġiment tad-Duke of Wellington, filwaqt li f’Awwissu li għadda nħatar Kurunell Onorarju tal-Armata Britannika.
Waqt il-Funeral, it-tebut ta’ Tom Moore inġarr min sitt suldati tar-Reġiment ta’ Yorkshire, li qabel kien ir-reġiment tad-Duke of Wellington u li serva fih Moore. F’nofsinhar, fil-ħin tal-Funeral, il-qniepen tal-Knejjes madwar il-pajjiż daqqew 100 darba biex titfakkar l-età tiegħu.
Moore jibqa’ mfakkar għax-xogħol kontinwu b’risq l-NHS, fosthom bl-aħħar ġabra li għamel ta’ madwar 32 milljun Sterlina fl-eqqel tal-pandemija, is-sena li għaddiet
//= $special ?>