Lokali

“Jidher ċar li tlifna ir-rispett lejn xulxin u hekk ma jistax jkollna djalogu” – George Vella

“Jidher ċar li tlifna ir-rispett lejn xulxin u jekk ma jkollniex ir-rispett, ma jistax ikollna djalogu”.

Hekk iddikjara l-President ta’ Malta George Vella waqt konferenza li trattat l-importanza tal-għaqda nazzjonali … fejn ma naqasx id-djalogu bejn esperti u anke l-pubbliku inġenerali. Preżenti wkoll għadd ta’ għaqdiet non-governattivi.

Il-Kap tal-Istat kompla li fil-Poplu Malti hawn qasmiet kbar, fosthom in-nuqqas ta’ tolleranza ta’ ideat differenti u anke l-partiġġjaniżmu, li biż-żmien qed jiggrava u qed iwassal biex idgħajjifna bħala poplu.

George Vella stqarr li meta kienu qed jorganizzaw il-konferenza, beżgħu li din aktar kienet se toħloq firda milli tnaqqasha. Madankollu, dan ma kienx il-każ għax il-parteċipanti kollha wrew bi ħġarhom il-bżonn li tiżdied l-għaqda fost il-poplu kollu.

Il-President ta’ Malta wiegħed li dan il-proċess mhux se jieqaf hawn, iżda se jkompli. Dan hekk kif ittieħdet nota ta’ dak li jżid il-firda, f’pass fid-direzzjoni t-tajba biex lill-ġenerazzjoni li jmiss ngħaddulha pajjiż aħjar milli sibna aħna.